Ilbieraħ morna ir-Riserva Naturali tal-Għadira - post kwiet ħafna 'il bogħod mid-dħaħen u l-istorbju tal-karozzi u tan-nies. Hemm stajna nisimgħu l-għanja ta' diversi għasafar differenti, fosthom tal-għasfur tal-bejt, il-bufula s-sewda u l-vjolin tax-xitwa.
Tgħallimna fuq diversi għasafar li meta jpassu jieqfu f'din ir-riserva, fosthom il-pitiross, li rajna wieħed ibieraħ stess, il-verdun, il-malizz, it-tiġieġa tal-baħar, l-għasfur ta’ San Martin, l-isturnell, il-kuluvert,
il-
gallozz, ir-russett, l-agrett, il-ħuttaf, il-gamiem, u l-gawwija. Sirna nafu li l-Bużaqq huwa l-ħuta Nazzjonali ta' Malta u li tinsab f'din ir-riserva. Rajna wkoll żewġ fniek salvaġġi kif ukoll żewġ kalameonte li malli rawna mill-ewwel bidlu kulurhom biex aħna ma nintebħux bihom.
Minn ġo kamra stajna naraw permess ta' tromba l-għasafar li kienu qegħdin itiru dak il-ħin fl-għadira. Imxejna wkoll tul il-passaġġ madwar l-għadira, fejn tgħallimna fuq diversi insetti, siġar u pjanti differenti li jikbru f'din ir-riserva naturali.
No comments:
Post a Comment